Maltese Dutch English French German Indonesian Italian Spanish

Messagg mill-Arċipriet

Kif tafu, il-parroċċa qisha familja waħda magħmula minn zgħar u kbar, għaqdiet, familji w oħrajn. L-għan tagħna hu li, bħal familja, kulħadd ikun involut fil-ħafna ħidma li ssir.

Il-gost tagħna hu li niltaqgħu flimkien u nitkellmu w anke l-informazzjoni titwassal permezz tal-fuljett “Flimkien”.

Pero kemm fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali w anke fil-Pjan Pastorali ħsibna li niltaqgħu wkoll permezz ta’ website għal-parroċċa.

Hu pjaċir tagħna li nissuġġerixxu biex il-parroċċa tkun aħjar, naħdmu flimkien u kulħadd iħoss li qed jagħti s-sehem tiegħu bħala membru ħaj tal-parroċċa. Kull kontribut li nagħtu għall-ġid ta’ xulxin hu servizz ta’ mħabba nisranija.

L-għan tagħna hu li ngħixu flimkien bħala l-familja t’Alla fil-parroċċa u dan joħroġ mill-esperjenza sabiħa li rċevejna fil-magħmudija. Biex nilħqu dan il-għan għandna diversi mezzi addattati kemm għaż-żgħar kif ukoll għall-kbar. Mezz mill-aktar effettiv u modern hu propju din il-website.

Int, għax int parti ħajja u mportanti minn din il-komunità, għandek ħafna x’toffrilha. Inħeġġek għalhekk tagħmel l-aħjar użu minnha u dan għall-ġid ta’ xulxin.

Nirringrazzja lil kull min se jieħu ħsieb dan is-servizz u lil kull min jagħmel użu minnu.

Inselli għalikom u nawguralkom kull ġid.

Fr. Martin Cardona – Arċipriet

Avvenimenti li gejjin

No events
You are here: Home